Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2023 – SkinIdent vs EUIPO – Beiersdorf (NIVEA SKIN-IDENTICAL Q10)

(Kawża T-665/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali NIVEA SKIN-IDENTICAL Q10 – Trade mark nazzjonali u reġistrazzjoni internazzjonali ta’ trade mark verbali preċedenti SKINIDENT – Isem kummerċjali preċedenti Skinident – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex sempliċement lokali – Artikolu 8(4) tar-Regolament 2017/1001 – Prossimità settorjali – Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-EUIPO – Dritt għal smigħ – Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: SkinIdent AG (Freienbach, l-Isvizzera) (rappreżentant: U. Hildebrandt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Stoyanova Valchanova u E. Markakis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Beiersdorf AG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, J. Fuhrmann u A. Malkmes, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-18 ta’ Awwissu 2022 (Każ R 1499/2021-5).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

SkinIdent AG hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti minn Beiersdorf AG.

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________

1     ĠU C 472, 12.12.2022.