Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2023 – Chart vs EUIPO (ABSOLUTEFLOW)

(Kawża T-21/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea ABSOLUTEFLOW – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Chart Inc. (Ball Ground, Georgia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti R. Dróżdż u J. Wachinger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Stoyanova-Valchanova u T. Klee, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-31 ta’ Ottubru 2022 (Każ R 1583/2022-1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Chart Inc. u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom, kull wieħed minnhom, ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 83, 6.3.2023.