Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2023 – Schweppes International vs EUIPO – May (MAY TEA)

(Kawża T-1066/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Schweppes International Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: G. Bloret-Pucci, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: May OOO (Fryazino, ir-Russja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “MAY TEA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 14 841 373

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Awwissu 2023 fil-Każ R 72/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla u tbiddel id-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti sostnuti f’dan ir-rikors u fil-proċedimenti ta’ kanċellazzjoni skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________