Language of document : ECLI:EU:T:2017:543





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal21 ta’ Lulju 2017 – Argus Security Projects vs SEAE

(Kawża T-131/17 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – SEAE – Irkupru permezz ta’ tpaċija – Talba għal miżuri provviżorji – Dannu finanzjarju – Dmir ta’ diliġenza – Nuqqas ta’ urġenza”

1.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni

(Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156)

(ara l-punti 21-24)

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentarji fid-dettall – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti jew tibdel irrevokabbilment il-pożizzjoni tagħha fis-suq

(Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedua tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156)

(ara l-punti 27-31, 34, 35)

3.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Teħid inkunsiderazzjoni tan-nuqqas ta’ diliġenza tar-rikorrent

(Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedua tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156)

(ara l-punti 36, 41)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE għall-għoti ta’ miżuri provviżorji intiżi, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ tpaċija tal-Kummissjoni, li qed taġixxi f’isem il-kontabilista tas-SEAE, fir-rigward tal-ammonti rispettivi ta’ EUR 100 600, ta’ EUR 41 522 u ta’ EUR 52 600 (deċiżjonijiet ikkomunikati fil-15 ta’ Marzu 2017) ta’ EUR 58 924 (deċiżjoni kkomunikata fis-7 ta’ April 2017) u ta’ EUR 41 422 (deċiżjoni kkomunikata fid-19 ta’ April 2017) u, min-naħa l-oħra, l-ordni lil SEAE li ma tadottax iktar id-deċiżjoni ta’ tpaċija kontra r-rikorrenti fl-istennija tal-għoti ta’ deċiżjoni definittiva dwar it-tilwima marbuta mal-kuntratt-qafas 2008/14/SEC/RELEX/K8, pendenti quddiem it-tribunal de première instance de Bruxelles (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Brussell, il-Belġju).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.