Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2018 – Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-130/17) 1

[“Rikors għal annullament – Suq intern tal-gass naturali – Direttiva 2009/73/KE – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda l-kundizzjonijiet għal eżenzjoni mir-regoli tal-Unjoni dwar il-metodi tal-operat tal-gazoduc OPAL li jikkonċernaw l-aċċess ta’ terzi u l-leġiżlazzjoni tariffarja – nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”]

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Jeżewski, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6950 finali, tat-28 ta’ Ottubru 2016, dwar ir-reviżjoni tal-kundizzjonijiet għal deroga tal-pajplajn OPAL, mogħtija skont id-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 230), mir-regoli dwar l-aċċess ta’ terzi u l-leġiżlazzjoni tariffarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Ma għadx hemmlok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent.

Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo S.A. għandha tbati l-ispejeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

Ir-Repubblika Federal tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, OPAL Gastransport GmbH & Co. KG u Gazprom Eksport LLC għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom marbuta mat-talbiet għal intervent.

____________

1     ĠU C 121, 18.4.2017.