Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-2 ta’ Frar 2024 – Verein für Konsumenteninformation vs BAWAG P.S.K. Bank für Arbeit und Wirtschaft und Österreichische Postsparkasse AG

(Kawża C-85/24, BAWAG)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Verein für Konsumenteninformation.

Konvenut: BAWAG P.S.K. Bank für Arbeit und Wirtschaft und Österreichische Postsparkasse AG.

Domanda preliminari

L-Artikolu 13(1)(g) tad-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall-konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma hemm l-ebda ksur jekk sellief li joffri self għal djar mingħajr ipoteka u b’ipoteka, kull wieħed f’diversi varjanti ((a) self b’fażijiet b’rata ta’ interessi fissa biss, (b) self b’fażijiet b’rata ta’ interessi varjabbli u b’rata ta’ interessi fissa li jalternaw, u (c) self b’rata ta’ interessi varjabbli biss), jipprovdi eżempju rappreżentattiv (uniku) ta’ self għal djar mingħajr ipoteka u ta’ self għal djar b’ipoteka, jew id-dispożizzjoni teħtieġ li jingħata eżempju rappreżentattiv għal kull forma ta’ rata ta’ interessi?

____________

1     ĠU 2014, L 60, p. 34, rettifika fil-ĠU 2015, L 246, p. 11.