Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) ta' l-24 ta' April 2008 - Dalmasso vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-61/05)1

(Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Reklutaġġ - Klassifikazzjoni fi grupp ta' funzjoni - Talba għal reviżjoni tal-klassifikazzjoni u tar-remunerazzjoni stabbiliti matul ir-reklutaġġ - Ex membru tal-persunal awżiljarju mqabbad bħala membru tal-persunal bil-kuntratt - Artikolu 3(a) u Artikolu 80(2) u (3) tar-RAA, Inkarigi li jaqgħu taħt gruppi differenti ta' funzjoni - Ugwaljanza ta' trattament - Rikors infondat)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Raffaele Dalmasso (Schaerbeek, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat]

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u G. Berscheid, aġenti)

Intervenjent in sostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Scule, aġenti)

Suġġett

Servizz Pubbliku - Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba mressqa mir-rikorrent, li qabel kien membru tal-persunal awżiljarju, kontra d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-klassifikazzjoni u r-remunerazzjoni tiegħu bħala membru tal-persunal bil-kuntratt, kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni (li qabel kienet T-269/05)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 229, 17.09.05, p. 30 (Kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej bin-numru T-269/05 u ttrasferita lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea permezz ta' digriet tal-15.12.2005.).