Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-108/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, deċiżjoni li tapplika d-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrent
tannulla d-deċiżjoni tad-9 ta’ Diċembru 2012 dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent taħt l-Artikolu 11(2) u (3) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni Ewropea;
sa fejn huwa meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tiegħu tal-20 ta’ Ġunju 2012 ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-9 ta’ Diċembru 2012;
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.