Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2014 – Laboratoires Polive vs UASI – Arbora & Ausonia (DODIE)

(Kawża T-77/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DODIE – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti DODOT – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenzja ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Setgħa ta’ bidla”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratoires Polive (Levallois-Perret, Franza) (rappreżentant: A. Sion, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Arbora & Ausonia, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: R. Guerras Mazón, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1949/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Arbora & Ausonia, SLU u Laboratoires Polive.DispożittivId-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-31 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1949/2011-2), hija annullata.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.L-UASI għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Laboratoires Polive.Arbora & Ausonia, SLU għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.