Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fid-9 ta’ Novembru 2023 – Intervlees NV vs Sump & Stammer GmbH

(Kawża C-660/23, Intervlees)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Intervlees NV

Konvenut: Sump & Stammer GmbH

Domanda preliminari

Id-dispożizzjoni li tinsab fil-parti introduttiva u fil-punt 4 tal-Kapitolu VII tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali 1 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-“perijodu ta’ stabilizzazzjoni” jinkludi biss il-perijodu qasir wara l-qatla li matulu l-laħam jiġi mkessaħ sabiex jintlaħqu l-istabbilizzazzjoni ta’ sħana u l-livell tal-pH meħtieġa, sabiex il-laħam iddestinat għall-friża għandu għalhekk jiġi ffriżat mingħajr dewmien bla bżonn, u li għalhekk ma jinkludix il-perijodu ta’ tkessiħ sussegwenti intiż għal maturazzjoni addizzjonali tal-laħam, b’mod li l-laħam intiż li jiġi ffriżat ma jkunx jista’ iktar jiġi ffriżat wara maturazzjoni?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 14, rettifika fil-ĠU 2019, L 282, p. 35.