Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit18 ta’ Marzu 2024 – LEGO A/S vs Pozitív Energiaforrás Kft.

(Kawża C211/24, LEGO)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fġvárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LEGO A/S

Konvenut: Pozitiv Energiaforrás Kft.

Domandi preliminari

1.F’kawża bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-proprjetarju jinvoka disinn protett skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji  (iktar ’il quddiem ir-“Regolament”), fir-rigward ta’ blokka ta’ kostruzzjoni waħda jew iktar ta’ logħba ta’ kostruzzjoni tal-konvenuta li jissodisfaw l-istess funzjoni ta’ assemblaġġ bħall-blokok tad-disinn tar-rikorrenti, għandha titqies li hija konformi mad-dritt tal-Unjoni, prattika ġudizzjarja li permezz tagħha l-qrati nazzjonali, meta jiddeterminaw il-portata tal-protezzjoni, fis-sens tal-Artikolu 10 tar-Regolament, tad-disinn tar-rikorrenti:1

-jibbażaw ruħhom fuq utent avżat li jkollu, fir-rigward tal-funzjoni tad-disinn u dik tal-prodott, l-għarfien tekniku mistenni minn bniedem tas-sengħa fis-settur;

-iqisu bħala utent avżat dak li jipparaguna d-disinn tar-rikorrenti u l-prodott tal-konvenuta permezz ta’ eżami bir-reqqa, tekniku u metodiku, u

-jassumu li dan l-utent avżat jifforma l-impressjoni globali tiegħu tad-disinn u tal-prodott, qabelxejn, bħala opinjoni teknika?

2.Fil-każ li, f’kawża bil-karatteristiċi indikati iktar ’il fuq, għandu jiġi konkluż li l-protezzjoni mogħtija mid-disinn tar-rikorrenti testendi għal parti waħda jew għal ftit partijiet preżenti fil-logħob ta’ kostruzzjoni tal-konvenuta, li, madankollu, jikkostitwixxu numru żgħir ta’ blokok ta’ kostruzzjoni meta mqabbla mal-blokok kollha, id-dritt tal-Unjoni jippermetti r-rikonoxximent ta’ setgħa ta’ evalwazzjoni li permezz tagħha l-qorti tiċħad, fid-dawl tan-natura parzjali tal-ksur, tal-gravità limitata u tal-portata tal-ksur fir-rigward tal-prodott fl-intier tiegħu u tal-interessi marbuta mal-kummerċ mingħajr restrizzjoni ta’ logħba ta’ kostruzzjoni li fil-parti l-kbira tagħha ma hijiex ikkontestata, raġunijiet li jikklassifikaw bħala “raġunijiet fondati” fis-sens tal-Artikolu 89(1) tar-Regolament, it-talba intiża li tkun ipprojbita l-kontinwazzjoni tal-importazzjoni fil-pajjiż tal-logħba ta’ kostruzzjoni?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142.