Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2024 – Id-Danimarka vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-364/20) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Finanzjament pubbliku tal-konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq fl-Istrett ta’ Fehmarn – Għajnuna mogħtija mid-Danimarka lil Femern – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Rikors għal annullament – Natura separabbli – Ammissibbiltà – Kunċett ta’ ‘impriża’ – Kunċett ta’ ‘attività ekonomika’ – Attivitajiet ta’ kostruzzjoni u tal-operat ta’ konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq – Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u distorsjoni tal-kompetizzjoni”)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Maertens u M. Søndahl Wolff, aġenti, assistiti minn R. Holdgaard u J. Pinborg, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: S. Noë, aġent)

Intervenjenti, insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: L. Van den Broeck, aġent, assistita minn J. Vanden Eynde, avocat), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u R. Kanitz, aġenti), Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: A. Germeaux u T. Schell, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-Renju tad-Danimarka jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 1683 final, tal-20 ta’ Marzu 2020, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.39078 – 2019/C (ex 2014/N) li implimentat id-Danimarka għal Femern A/S (ĠU 2020, L 339, p. 1), sa fejn, fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 2 tagħha, hija kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-miżuri li jikkonsistu f’injezzjonijiet ta’ kapital u kombinazzjoni ta’ self mill-Istat u ta’ garanziji tal-Istat favur Femern A/S.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1     ĠU C 287, 31.8.2020.