Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Novembru 2011 - Fardem Packaging vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-51/06) 

("Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva")

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Fardem Packaging BV (Edam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment F. J. Leeflang u W. Geelhoed, sussegwentement F. Leeflang u S. de Boer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, A. Nijenhuis u S. Noë, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2005) 4634 finali, tat-30 ta' Novembru 2005, rigward proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/F/38.354 - Boroż industrijali) li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-boroż industrijali tal-plastik, kif ukoll talba intiża għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Fardem Packaging BV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 96, 22.4.2006.