Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Ġunju 2011 - Sphere Time vs UASI - Punch (Arloġġ imwaħħal ma' ċinga)

(Kawża T-68/10)1

(Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta arloġġ imwaħħal ma' ċinga - Disinn preċedenti - Żvelar tad-disinn preċedenti -Natura individwali - Użu ħażin ta' poter - Artikoli 4, 6, 7 u 61 sa 63 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sphere Time (Windhof, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: C. Jäger, N. Gehlsen u M.-C. Simon, avukati)

Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Punch SAS (Nice, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta' Diċembru 2009 (Każ R 1130/2008-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Punch SAS u Sphere Time.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Sphere Time hija kkundannata għall ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 100, 17.4.2010.