Language of document : ECLI:EU:T:2011:518





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Settembru 2011 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-67/10)

“FAEGG – Taqsima ‘Gwida’ – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Għajnuna finanzjarja allokata għal programm operattiv intiż għat-titjib tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli – Effikaċja tal-kontrolli – Proporzjonalità”

1.                     Koeżjoni ekonomika u soċjali - Interventi strutturali - Finanzjament Komunitarju - Obbligu tal-Istati Membri li jimplementaw sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll - Insuffiċjenzi gravi li jistgħu jwasslu għal irregolaritajiet ta’ natura sistematika - Konsegwenza - Sospensjoni tal-ħlasijiet provviżorji (Regolament tal-Kunsill Nru 1260/1999, Artikoli 38(1) u 39(2)(ċ) u (3); Regolament tal-Kummissjoni Nru 438/2001, Artikoli 3, 4 u 7) (ara l-punti 23-25)

2.                     Koeżjoni ekonomika u soċjali - Interventi strutturali - Finanzjament Komunitarju - Deċiżjoni ta’ tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja minħabba irregolaritajiet - Konsegwenzi finanzjarji mhux kwalifikabbli - Korrezzjoni b’rata fissa - Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità - Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1260/1999, Artikolu 39(3)) (ara l-punti 36-38)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9827, tal-10 ta’ Diċembru 2009, dwar applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji għall-għajnuna tal-FAEGG, taqsima “Gwida”, allokata għall-programm operattiv CCI 2000.ES.16.1.PO.007 (Spanja – Castilla u León), skont il-miżura ta’ titjib tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.