Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2013 – Zuckerfabrik Jülich vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-66/10) 1

[“Agrikoltura – Zokkor – Imposti fuq il-produzzjoni – Annullament u dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali tar-Regolament (KE) Nru 1193/2009 wara l-preżentata tar-rikors – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Zuckerfabrik Jülich GmbH (li qabel kienet Zuckerfabrik Jülich AG) (Jülich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H.-J. Prieß u B. Sachs, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u B. Schima, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju taʼ Spanja (rappreżentanti: inizjalment F. Diez Moreno, sussegwentement A. Rubio Gonzâlez, abogados del Estado); u Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: inizjalment R. Janeckaitè u R. Krasuckaitè, sussegwentment R. Krasuckaitè u R. Mackevičienè, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1193/2009, tat-3 ta’ Novembru 2009, li jirrettifika r-Regolamenti (KE) Nru 1762/2003, (KE) Nru 1775/2004, (KE) Nru 1686/2005, (KE) Nru 164/2007 u li jiffissa l-imposti tal-produzzjoni fis-settur taz-zokkor għas-snin tas-suq 2002/2003, 2003/2004, 2004/2005, 2005/2006 (ĠU L 321, p. 1).DispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk ta’ Zuckerfabrik Jülich GmbH.Ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika tal-Litwanja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.