Language of document : ECLI:EU:T:2014:1030





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2014 —
IRO vs Il-Kummissjoni


(Kawża T‑69/10)

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Iffissar tal-prezzijiet u tat-termini għall-ħlas — Limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Bażi legali — Istruttorja tal-każ — Definizzjoni tas-suq — Ksur tal-Artikolu 65 KEFA — Multi — Ċirkustanzi attenwanti — Proporzjonalità”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni li tapplika r-regoli tal-kompetizzjoni nnotifikata mingħajr l-annessi tagħha — Kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li jippermettilha tifhem il-portata tal-miżura meħuda fil-konfront tagħha — Assenza ta’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni (Artikolu 15 KEFA u 36 KEFA) (ara l-punti 54-59, 79)

2.                     Kummissjoni — Prinċipju ta’ kolleġjalità — Portata — Deċiżjoni li tapplika r-regoli tal-kompetizzjoni nnotifikata mingħajr l-annessi tagħha — Ksur tal-prinċipju ta’ kolleġjalità — Assenza — Elementi esposti suffiċjentement skont il-liġi fit-test tad-deċiżjoni (Artikolu 219 KE) (ara -punti 81, 82)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Għażla tal-bażi legali — Leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Rekwiżit ta’ ċarezza u ta’ prevedibbiltà — Indikazzjoni espressa tal-bażi legali — Deċiżjoni tal-Kumissjoni li tikkonstata wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA ksur tal-Artikolu 65 KEFA u li tissanzjona l-impriża inkwistjoni — Bażi legali kkostitwita mill-Artikolu 7(1) u mill-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (Artikolu 65(1) KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 7(1) u 23(2)) (ara l-punti 94, 98)

4.                     Akkordji — Akkordji suġġetti ratione materiae u ratione temporis għas-sistema legali tat-Trattat KEFA — Skadenza tat-Trattat KEFA — Kontinwità tas-sistema ta’ kompetizzjoni libera taħt it-Trattat KEFA — Żamma ta’ kontroll mill-Kummissjoni li taġixxi fl-ambitu legali tar-Regolament Nru 1/2003 (Artikolu 65(1) KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003) (ara l-punti 99-115)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Applikazzjoni ratione temporis — Regoli proċedurali — Regoli sostantivi — Distinzjoni — Skadenza tat-Trattat KEFA — Deċiżjoni li tapplika r-regoli tal-kompetizzjoni adottata wara din l-iskadenza u li tipprevedi fatti li jippreċeduha — Prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ nulla poena sine lege — Sitwazzjonijiet legali miksuba qabel l-iskadenza tat-Trattat KEFA — Issuġġettar għas-sistema legali tat-Trattat KEFA (Artikolu 65(1) KEFA; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(1)) (ara l-punti 116-119)

6.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju — Annullament tal-ewwel deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida fuq il-bażi ta’ bażi legali oħra u ta’ atti preparatorji preċedenti — Ammissibbiltà — Obbligu li tagħmel dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida — Assenza — Obbligu li torganizza seduta ġdida — Assenza — Obbligu li tosserva r-regoli proċedurali li daħlu fis-seħħ wara l-atti preparatorji preċedenti — Assenza (Artikoli 36 KEFA u 65 KEFA; Regolament tal-Kummissjoni Nru 773/2004, Artikoli 12(1) u 14(3) (ara l-punti 128-132, 138-142, 145-148)

7.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Rekwiżit analogi għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv — Ilmenti mhux ippreżentati fir-rikors — Riferiment għall-annessi kollha — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)) (ara l-punti 158, 170)

8.                     Akkordji — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Evalwazzjoni fuq il-bażi ta’ diversi fatturi miġbura flimkien li ma għandhomx neċessarjament, meqjusa iżolament, effett determinanti — Akkordji li jestendu fit-territorju kollu ta’ Stat Membru — Eżistenza ta’ preżunzjoni qawwija ta’ effett (Artikolu 65(1) KEFA; Artikolu 81(1)KE) (ara l-punti 161, 162)

9.                     Akkordji — Ksur li għandu l-għan li jirrestrinġi l-kompetizzjoni f’suq ġeografiku determinat — Definizzjoni minn qabel tas-suq ġeografiku — Assenza ta’ obbligu (Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punt 163)

10.                     Akkordji — Parteċipazzjoni f’laqgħat li għandhom skop antikompetittiv — Ċirkustanza li tippermetti, fl-assenza ta’ tbegħid mid-deċiżjonijiet meħuda, li jiġi konkluż li l-impriża pparteċipat fl-akkordju sussegwenti — Stakkament pubbliku — Interpretazzjoni restrittiva (Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punt 179)

11.                     Akkordji — Ftehimiet bejn impriżi — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 65 KEFA — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Għan antikompetittiv — Konstatazzjoni suffiċjenti (Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punt 180)

12.                     Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu għal kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq — Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri — Preżunzjoni tal-użu ta’ informazzjoni sabiex jiġi ddeterminat l-aġir fis-suq — Assenza ta’ effetti antikompetittivi fuq is-suq — Assenza ta’ effett (Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punti 191-194)

13.                     Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Modalità ta’ prova — Użu ta’ sensiela ta’ indizji — Grad ta’ saħħa probatorja neċessarja fir-rigward tal-indizji kkunsidrati individwalment — Ammissibbiltà tal-evalwazzjoni globali ta’ sensiela ta’ indizji (Artikolu 65(1) KEFA) (ara l-punti 196-198)

14.                     KEFA — Prezzijiet — Listi ta’ prezzijiet — Pubbliċità obbligatorja — Kompatibbiltà mal-projbizzjoni tal-akkordji (Artikoli 60 KEFA u 65(1) KEFA) (ara l-punti 216-218, 261)

15.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Assenza ta’ lista vinkolanti jew eżawrjenti ta’ kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, point 1 A) (ara l-punt 224)

16.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Evalwazzjoni ekonomika kumplessa — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Stħarriġ tal-legalità — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punti 1 A u 1 B) (ara l-punti 224, 234-238)

17.                     Kompetizzjoni — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Natura ġuridika — Regola ta’ kondotta indikattiva li timplika awtolimitazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Obbligu ta’ osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 226-228)

18.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Kundizzjoni finanzjarja ħażina tas-settur inkwistjoni — Esklużjoni — Obbligu għall-Kummissjoni li timxi mal-prassi deċiżjonali preċedenti tagħha — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 242, 244)

19.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Ksur ikklassifikat bħala serju ħafna unikament fuq il-bażi tan-natura tiegħu — Obbligu li jintwera impatt konkret tal-ksur fuq is-suq — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A) (ara l-punti 248-251)

20.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Nuqqas ta’ applikazzjoni effettiva ta’ ftehim — Evalwazzjoni tal-livell ta’ aġir individwali ta’ kull impriża (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 3) (ara l-punti 252, 253)

21.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Klassifikazzjoni ta’ ksur bħala serju ħafna — Rwol fundamentali tal-kriterju dedott min-natura tal-ksur — Assenza ta’ awtonomija ta’ dawk dedotti mid-daqs tas-suq tal-prodotti inkwistjoni — Klassifikazzjoni ta’ ksur bħala serju ħafna minkejja l-limitazzjoni tiegħu għat-territorju ta’ Stat Membru wieħed — Ammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A) (ara l-punt 259)

22.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Rwol passiv jew emulattiv tal-impriża — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Aġir diverġenti minn dak miftiehem fl-akkordju — Assenza ta’ tali aġir (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 3) (ara l-punti 267, 268)

23.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Theddid u pressjonijiet subiti minn impriża — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 3) (ara l-punt 269)

24.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Neċessità li jittieħed inkunsiderazzjoni d-dħul mill-bejgħ tal-impriżi kkonċernati u li tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-multi ma’ dan id-dħul — Assenza (Artikolu 65(1) KEFA; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2) u Nru 1/2003, Artikolu 23(2) u (3); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 273-275)

25.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Obbligu li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ta’ defiċit finanzjarju tal-impriża kkonċernata — Assenza — Kapaċità kontributtiva reali tal-impriża f’kuntest soċjali partikolari — Teħid inkunsiderazzjoni — Iffissar tal-multa f’ammont li jikkawża l-falliment jew il-likwidazzjoni tal-impriża kkonċernata bħala konsegwenza tal-multa — Assenza ta’ projbizzjoni bħala prinċipju (Artikolu 65 KEFA; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 5(b)) (ara l-punti 278-281)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7492 finali, tat-30 ta’ Settembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 65 KEFA (Każ COMP/37.956 — Vireg għar-rinfurzar tal-konkrit, adozzjoni mill-ġdid), kif ikkompletata u emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9912 finali, tat-8 ta’ Diċembru 2009, li permezz tagħha l-Kummissjoni imponiet fuq ir-rikorrenti multa ta’ EUR 3.58 miljun għal ksur tal-Artikolu 65(1) KEFA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Industrie Riunite Odolesi SpA (IRO) hija kkundannata għall-ispejjeż.