Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-25 ta’ Frar 2021 – X BV vs Classic Coach Company vof, Y, Z

(Kawża C-112/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X BV

Konvenuti: Classic Coach Company vof, Y, Z

Domandi preliminari

Sabiex tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ “dritt preċedenti” ta’ terz fis-sens tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks, imħassra 1 ,

huwa suffiċjenti li dan it-terz ikun għamel użu fil-kummerċ, qabel ir-reġistrazzjoni tat-trade mark, minn dritt irrikonoxxut mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, jew

huwa neċessarju li dan it-terz ikun jista’, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, jipprojbixxi l-użu tat-trade mark mill-proprjetarju tat-trade mark abbażi ta’ dan id-dritt preċedenti?

Hija rilevanti wkoll, sabiex tingħata risposta għall-ewwel domanda, il-kwistjoni dwar jekk il-proprjetarju tat-trade mark għandux dritt jerġa’ iktar preċedenti (irrikonoxxut mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat) fuq is-sinjal irreġistrat bħala trade mark u, fl-affermattiv, hija rilevanti l-kwistjoni dwar jekk il-proprjetarju tat-trade mark jistax, abbażi ta’ dan id-dritt irrikonoxxut jerġa’ iktar preċedenti, jipprojbixxi l-użu mit-terz tal-allegat “dritt preċedenti”?

____________

1     ĠU 2008, L 299, p. 25.