Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 taʼ Marzu 2013 - Benelli Q.J. vs UASI - Demharter (MOTOBI B PESARO)

(Kawża T-171/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Benelli Q.J. Srl (Pesaro, l-Italja) (rappreżentant: P. Lukácsi, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Demharter GmbH (Dillingen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tbiddel id-deċiżjoni tal-konvenut u tordna li tiġi miċħuda t-talba għal revoka mressqa mill-persuna li qegħda titlob il-kanċellazzjoni;;

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut u tirrinvija l-każ quddiem l-UASI sabiex huwa jeżamina l-każ mill-ġdid u jiddeċiedi mill-ġdid, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tqis li huwa inevitabbli li titwettaq analiżi bir-reqqa oħra tal-prova tal-użu ġenwin;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark figurattiva "MOTOBI B PESARO" għal prodotti fil-klassijiet 9, 12 u 25 - reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 2 262 269

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja rrevokata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

____________