Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2013 – ICF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-406/08) 1

(“Kompetizzjoni – Ententes – Suq dinji tal-fluworidu tal-aluminju – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq – Prova tal-ksur – Drittijiet tad-difiża – Konkordanza bejn id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u d-deċiżjoni kkontestata – Multi – Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-multi – Ftehim Ewro-Mediterran”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Industries Chimiques du Fluor (ICF) (Tuneż, it-Tuneżija) (rappreżentanti: inizjalment minn M. van der Woude u T. Hennen, sussegwentement minn P. Wytinck u D. Gillet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, K. Mojzesowicz u N. von Lingen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3043, tal-25 ta’ Ġunju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (COMP/39.180 – Fluworidu tal-aluminju) li tikkonċerna akkordju fuq is-suq dinji tal-fluworidu tal-aluminju dwar l-iffissar tal-prezzijiet u t-tqassim tas-swieq fuq livell dinji, kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Industries chimiques du fluor hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 44, 21.02.2009.