Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2013 – Telefónica vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-216/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Telefónica, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Folguera Crespo, P. Vidal Martínez u E. Peinado Iríbar, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti:

tannulla l-Artikoli 1 u 2 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Jannar 2013, sa fejn dawn jirrigwardaw lir-rikorrenti, jew, sussidjarjament

tiddikjara n-nullità parzjali tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata u tnaqqas l-ammont tal-multa imposta, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess waħda bħal dik ikkontestata fil-Kawża T-208/13, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi prinċipali.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti tiddikjara li d-deċiżjoni kkontestata tapplika b’mod żbaljat il-ġurisprudenza dwar ir-restrizzjonijiet minħabba l-għan u tikser il-prinċipji ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza, ta’ oneru tal-prova u ta’ in dubio pro reo fir-rigward tal-kontenut tad-disa’ klawżola tal-ftehim ta’ xiri. Fir-rigward ta’ dan il-punt hija b’mod partikolari tallega li l-imsemmija klawżola kienet marbuta mat-tranżazzjoni u la tista’ tinftihem u lanqas ma tista’ tiġi applikata barra mill-kuntest ta’ din it-tranżazzjoni u ta’ proċess ta’ negozjati diffiċli kkaratterizzat mill-interferenza permanenti tal-Gvern Portugiż.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUEF’dan ir-rigward ir-rikorrenti tallega żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti u ksur tal-prinċipju ta’ evalwazzjoni globali tal-provi, fir-rigward tal-kuntest li fih ġiet miftehma l-klawżola, tal-aġir tal-partijiet involuti u tal-għan tal-imsemmija klawżola.It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ oneru tal-prova u ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ drittijiet tad-difiża u ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza f’dak li jirrigwarda l-prova tal-intervent tal-Gvern Portugiż fin-negozjati u fil-ħolqien u fiż-żamma tal-klawżola inkwistjoni.Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUEF’dan ir-rigward ir-rikorrenti tallega insuffiċjenza ta’ motivazzjoni u evalwazzjoni żbaljata tal-probabbiltà li l-klawżola tirrestrinġi l-kompetizzjoni, bħala rekwiżit neċessarju sabiex ikun hemm ksur, minn tal-inqas minħabba l-għan, tal-Artikolu 101 TFUEIl-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUEF’dan ir-rigward ir-rikorrenti tiddikjara li l-klawżola inkwistjoni lanqas ma hija restrizzjoni minħabba l-effett kuntrarja għall-Artikolu 101 TFUE.Sussidjarjament ir-rikorrenti tallega wkoll li l-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ motivazzjoni, u wettqet żball manifest billi ma laqgħatx ċirkustanzi attenwanti u billi evalwat b’mod insuffiċjenti dawn iċ-ċirkustanzi.