Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 taʼ April 2013 – Ferracci vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-219/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Pietro Ferracci (San Cesareo, l-Italia) (rappreżentanti: A. Nucara u E. Gambaro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla, skont l-Artikolu 263 TFUE, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2012;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors qiegħed jiġi ppreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 9461 final, li tiddikjara inkompatibbli mas-suq intern, mingħajr madankollu ma tordna l-irkupru tagħha, l-għajnuna mogħtija, fil-forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa kommunali fuq il-proprjetà immobbli (ICI), lil entitajiet mhux kummerċjali li jeżerċitaw attivitajiet speċifiċi, u li tiddikjara li t-trattament favorevoli mogħti lill-Knisja u lil numru ta’ assoċjazzjonijiet sportivi permezz tal-Artikolu 149 tat-Testo unico delle imposte sul reddito (Kodiċi dwar it-taxxi fuq id-dħul, iktar ’il quddiem it-“TUIR”), u l-eżenzjoni mit-taxxa muniċipali fuq il-proprjetà immobbli (iktar ’il quddiem l-“IMU”) mogħtija lil ċerti entitajiet li jeżerċitaw attivitajiet speċifiċi ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur, applikazzjoni ħażina u interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999.

F’dan ir-rigward, qiegħed jiġi sostnut li l-konvenuta, minkejja li kkonstatat ksur tal-Artikoli 107 u 108 TFUE, ma ordnatx l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat imsemmija iktar ’il fuq. F’dan id-dawl, ir-rikorrent isostni li ma teżisti ebda ċirkustanzi eċċezzjonali li tista’ twassal sabiex ikun assolutament impossibbli li jsir l-irkupru u li, fi kwalunkwe każ, tali impossibbiltà assoluta ma ġietx stabbilita.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur u applikazzjoni ħażina tal-Artikolu 107(1) TFUE.

F’dan ir-rigward, qiegħed jiġi sostnut li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-konvenuta kkonkludiet li l-miżura ta’ għajnuna implementata mir-Repubblika Taljana permezz tal-Artikolu 149(4) tat-TUIR ma għandiex il-karatteristiċi ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tat-TFUE. B’mod partikolari, il-konvenuta kkonkludiet li ma kien hemm ebda vantaġġ selettiv; għall-kuntrarju, ir-rikorrenti hija tal-fehma li d-dispożizzjoni inkwistjoni tagħti vantaġġ selettiv lill-entitajiet ekkleżjastiċi rrikonoxxuti mid-dritt ċivili u lill-assoċjazzjonijiet sportivi mhux professjonali u barra minn hekk tissodisfa l-kundizzjonijiet l-oħra kollha meħtieġa għall-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur u applikazzjoni ħażina tal-Artikolu 107(1) TFUE.F’dan ir-rigward, qiegħed jiġi sostnut li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-konvenuta kkonkludiet li l-miżura ta’ għajnuna implementata mir-Repubblika Taljana permezz tal-hekk imsejħa “Esenzione IMU” (eżenzjoni mill-IMU) ma għandhiex il-karatteristiċi ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tat-TFUE. B’mod partikolari, il-konvenuta kkonkludiet li l-benefiċjarji ta’ din l-eżenzjoni ma humiex “impriżi”. Għall-kuntrarju, ir-rikorrenti hija tal-fehma li l-benefiċjarji huma impriżi fis-sens tad-dritt Komunitarju u li huma ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex ikun hemm għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE.F’dan ir-rigward, qiegħed j

iġi sostnut li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata minħabba l-motivazzjo

ni insuffiċjenti mogħtija f’din id-deċiżjoni fir-rigward tal-motivi kollha esposti iktar ’il fuq, bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE.