Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – B&S Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-222/13) 1

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Servizzi għal żmien qasir fl-interess esklużiv ta’ pajjiż terz li jibbenefika mill-għajnuna minn barra l-Unjoni – Ċaħda tal-kandidatura – Kriterji ta’ selezzjoni – Kuntratti maqsuma f’partijiet – Proġett ta’ referenza – Obbligu ta’ motivazzjoni – Prinċipju ta’ amminsitrazzjoni tajba – Aspettattivi leġittimi – Prinċipju ta’ imparzjalità – Prinċipju ta’ kontradittorju”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Business and Strategies in Europe (B&S Europe) SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Bihain u S. Pâques, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Bordes u R. Tricot, sussegwentement R. Tricot, aġenti, assistiti minn A.-M. Vandromme u J. Stuyck, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tinsab fl-ittri tagħha tal-15 ta’ Frar u tat-2 ta’ April 2013, li jinformaw lir-rikorrenti li hija ma nżammitx fil-lista ta’ kandidati msejħa jipparteċipaw fil-proċedura ristretta ta’ sejħa għal offerti dwar il-lott 7 tal-kuntratt-qafas multiplu relatat mal-provvista ta’ servizzi għal żmien qasir fl-interess esklużiv ta’ pajjiż terz li jibbenefika minn għajnuna minn barra l-Unjoni Ewropea (ĠU 2012/S 105-174077).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Business and Strategies in Europe (B&S Europe) SA hija kkundannata għall-ispejjeż.