Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Scuola Elementare Maria Montessori vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-220/13) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Taxxa muniċipali fuq il-beni immobbli – Eżenzjoni mogħtija lill-entitajiet mhux kummerċjali li jeżerċitaw attivitajiet speċifiċi – Test uniku tat-taxxi fuq id-dħul – Eżenzjoni tat-taxxa muniċipali unika – Deċiżjoni li parzjalment tikkonstata n-nuqqas ta’ għajnuna mill-Istat u parzjalment tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Rikors għal annullament – Att regolatorju li ma jinkludix fih miżuri ta’ implementazzjoni – Impatt dirett – Ammissibbiltà – Impossibbiltà assoluta ta’ rkupru – Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Scuola Elementare Maria Montessori Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment A. Nucara u E. Gambaro, sussegwentement E. Gambaro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Di Bucci, G. Conte u D. Grespan, sussegwentement G. Conte, D. Grespan u F. Tomat, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri u G. De Bellis, aġenti)

Suġġett

Talba mressqa abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/284/UE, tad-19 ta’ Diċembru 2012, dwar l-għajnuna mill-istat SA.20829 (C 26/2010, qabel NN 43/2010 (qabel CP 71/2006)) Is-sistema għall-eżenzjoni mill-ICI għal bini li jintuża minn istituzzjonijiet mhux kummerċjali għal skopijiet speċifiċi li ġiet implimentata mill-Italja (notifikata bid-dokument C(2012) 9461) (ĠU 2013, L 166, p. 24).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Scuola Elementare Maria Montessori Srl hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż relatati mal-intervent tagħha.

____________

1 ĠU C 171, 15.06.2013.