Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2023 – Nehera et vs EUIPO – Zdút (nehera)

(Kawża T-334/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Isabel Nehera (Sutton, Ontario, il-Kanada), Natacha Sehnal (Montferrier-sur-Lez, Franza), Jean-Henri Nehera (Burnaby, British Columbia, il-Kanada) (rappreżentant: W. Woll, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ladislav Zdút (Bratislava, is-Slovakkja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “nehera” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 794 112

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ April 2023 fil-Każ R 1216/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO jbati l-ispejjeż tiegħu stess u kif ukoll dawk sostnuti mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, inklużi l-ispejjeż neċessarji sostnuti fil-proċedimenti tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-EUIPO jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq;

Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 207/2009.

____________