Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Novembru 2010 - Marcuccio vs Il-Kummissjoni
"Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli - Talba għal restituzzjoni ta' beni personali - Notifika tad-deċiżjoni ta' ċaħda tal-ilment b'lingwa differenti minn dik tal-ilment - Rikors li ġie ppreżentat tard - Nuqqas li tingħata risposta fir-rigward ta' kap ta' talbiet ippreżentati fl-ewwel istanza"
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-4 ta' Novembru 2008, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-133/06, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.
Dispożittiv
Id-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-4 ta' Novembru 2008, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-133/06, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra) huwa annullat sa fejn ma jagħtix deċiżjoni dwar it-talba għal dikjarazzjoni ta' ineżistenza tad-deċiżjoni kkontestata fl-ewwel istanza.
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
Ir-rikors, sa fejn kien intiż għal dikjarazzjoni ta' ineżistenza tad-deċiżjoni kkontestata, huwa miċħud.
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk inkorsi mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza. L-ispejjeż marbuta mal-proċedura tal-ewwel istanza li tat lok għad-digriet Marcuccio vs Il-Kummissjoni, iċċitat iktar 'il fuq, għandhom jitħallsu skont il-modalitajiet stabbiliti fil-punt 2 tad-dispożittiv tal-imsemmi digriet.
____________1 - ĠU C 55, 07.03.2009