Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Lulju 2009 - Unicid vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-305/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Union nationale interprofessionnelle cidricole (Unicid) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: V. Ledoux u B. Néouze, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

B'dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni C(2008) 7846 finali 1 tal-Kummissjoni, tal-10 ta' Diċembru 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat li l-iskema qafas ta' azzjonijiet li jistgħu jitwettqu mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali agrikoli Franċiżi, li jikkonsistu f'għajnuna għall-assistenza teknika, għall-produzzjoni u għall-bejgħ ta' prodotti agrikoli ta' kwalità, għar-riċerka u għall-iżvilupp u għar-reklamar favur il-produtturi primarji u l-impriżi attivi fit-tkabbir u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli, iffinanzjati minn taxxi volontarji li jsiru obbligatorji permezz ta' digriet interministerjali imposti fuq il-membri ta' dawn l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawżi T-293/09, CNIEL vs Il-Kummissjoni, u T-302/09, CNIPT vs Il-Kummissjoni.

____________

1 - ĠU 2009, C 116, p. 14.