Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' April 2011 - Progust, SL vs UASI - Sopralex & Vosmarques (IMPERIA)

(Kawża T-216/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Progust, SL (Girona, Spanja) (rappreżentanti: M. E. López Camba u J. L. Rivas Zurdo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sopralex & Vosmarques SA (Brussell, il-Belġju)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell, fil-Każ R 1036/2010-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż;

tikkudanna lil Sopralex & Vosmarques SA għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Progust, SL

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li fiha l-element verbali "IMPERIA" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 7.008.154), fejn qed issir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tagħha għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30, 31, 32 u 43.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Sopralex & Vosmarques SA.

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Komunitarja (Nru 3.260.288) li tikkontjeni l-element verbali "IMPERIAL" irreġistrata għal prodotti fil-klassi 29

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni aċċettata u r-reġistrazzjoni għat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Rikors miċħud

Motivi invokati: Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________