Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ġunju 2011 - Graf-Syteco vs UASI - Teco Electric & Machinery (SYTECO)

(Kawża T-229/10) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali SYTECO - Trade marks nazzjonali u tal-Benelux figurattivi preċedenti TECO - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rifjut parzjali ta' reġistrazzjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Graf-Syteco GmbH & Co. KG (Tuningen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Kieser, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Teco Electric & Machinery Co. Ltd (Taipei, it-Tajwan)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta' Frar 2010 (Każ R 230/2009-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Teco Electric & Machinery Co. Ltd u Graf-Syteco GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Graf-Syteco GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 195, 17.07.2010.