Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Jannar 2010 - Goutier vs UASI - Rauch (ARANTAX)

(Kawża T-13/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Klaus Goutier (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. E. Happe, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Norbert Rauch (Herzogenaurach, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta' Novembru 2009, (fil-Każ R 1769/2008-4), sa fejn tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni, billi tannulla d-deċiżjoni kkontestata, għall-prodotti segwenti :

Klassi 35 - Servizzi ta' konsulent tat-taxxa, redazzjoni ta' dikjarazzjonijiet tat-taxxa, kontabbiltà, servizzi ta' espert tal-kontabbiltà, pariri professjonali, pariri ta' kumpanniji;

Klassi 36 - Redazzjoni ta' stimi u evalwazzjonijiet tat-taxxa, mergers u akkwisti, b'mod partikolari, pariri finanzjarji waqt ix-xiri jew il-bejgħ ta' impriżi kif ukoll l-akkwist ta' ishma f'impriżi;

Klassi 43 - Servizzi legali, riċerka legali;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Klaus Goutier

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "ARANTAX" għal servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 42 (Applikazzjoni Nru 4 823 084)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Norbert Rauch

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva Ġermaniża "atarax" Nru 30 168 707 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 37, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni parzjalment annullata u l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja parzjalment miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 1, peress li ma hemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU, L 78, p. 1).