Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2024 – DDCF vs EUIPO (SUSTAINABLE BY DESIGN)

(Kawża T-3/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Delvaux design coordination et finance (DDCF) (Etterbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Hartmann, S. Fröhlich u T. Ntinas, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SUSTAINABLE BY DESIGN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 792 593

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 1075/2023-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________