Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2014 – ZZ vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża F-130/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: D. Bergin, solicitor)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li mill-pensjoni tar-rikorrent jitnaqqas l-ammont ta’ manteniment li r-rikorrent huwa obbligat iħallas lill-martu preċedenti, li hija deċiżjoni li, skont ir-rikorrent, tmur kontra sentenza ta’ qorti nazzjonali fi proċeduri ta’ divorzju.

Talbiet tar-rikorrenttannulla d-deċiżjoni dwar il-modifikazzjoni tad-drittijiet Nru 13;tordna li r-rikorrent jitħallas l-ammont ta’ EUR 275 000 bħala danni u spejjeż ġudizzjarji, fid-dawl tal-ispejjeż ġudizzjarji u spejjeż inkorsi u telf li huwa sostna wara r-rifjut inizjali min-naħa tas-servizzi li japplikaw id-deċiżjoni tal-qorti b’mod korrett, legali u ekwu.