Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Erfurt (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Ġunju 2021 – A vs B

(Kawża C-388/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Erfurt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenut: B

Domandi preliminari

L-Artikolu 18(1), l-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) 1 , flimkien mal-Artikoli 4, 5 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi 2 , għandhom ukoll l-għan u l-finalità li jipproteġu l-interessi ta’ xerrej individwali ta’ vettura u l-patrimonju tiegħu? Dawn l-interessi jinkludu l-interess ta’ xerrej individwali li ma jixtrix vettura li ma tkunx konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari li ma jixtrix vettura mgħammra b’apparat ta’ manipulazzjoni li huwa pprojbit skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007?

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-prinċipju ta’ effettività u d-drittijiet fundamentali tal-Unjoni kif ukoll id-drittijiet proprji tan-natura, jeżiġi li x-xerrej ta’ vettura jkollu l-possibbiltà li jressaq talba għad-danni bbażata fuq ir-responsabbiltà ċivili tal-manifattur tal-vettura fil-każ ta’ aġir kolpevoli – b’negliġenza jew b’intenzjoni – mill-manifattur tal-vettura minħabba t-tqegħid fis-suq ta’ vettura mgħammra b’apparat ta’ manipulazzjoni li huwa pprojbit skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007?

____________

1     ĠU 2007, L 263, p. 1

2     ĠU 2007, L 171, p. 1