Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 taʼ April 2013 - Fercal - Consultadoria e Serviços vs UASI - Parfums Rochas (PATRIZIA ROCHA)

(Kawża T-360/11)

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PATRIZIA ROCHA - Trade mark nazzjonali preċedenti verbali ROCHAS - Reġistrazzjoni rrifjutata mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni - Inammissibbiltà tal-appell ippreżentat quddiem il-Bord tal-Appell -Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: FERCAL - CONSULTADORIA E SERVIÇOS, Lda (Lisbona, il-Portugall (rappreżentant: A. J. Rodrigues, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Parfums Rochas SAS (Pariġi, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 taʼ April 2011 (Każ R 2355/2010-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Parfums Rochas SAS u Fercal - Consultadoria e Serviços, Lda.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Fercal - Consultadoria e Serviços, Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 298, 08.10.2011.