Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-4/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni dwar ir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu mill-1995 sal-1997 u talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali Amministrattiv tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna tat-12 ta’ Marzu 2012, dwar ir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu mill-1995 sal-1997;sa fejn huwa meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ottubru 2012, li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrent fl-20 ta’ Ġunju 2012 taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’ somma ta’ EUR 25 000 bħala kumpens għad-dannu morali;tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.