Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2024 – Bodegas Aguiuncho vs EUIPO – Mar de Frades (ALBARIÑO mar de ons)

(Kawża T-398/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Tħassir tat-trade mark preċedenti mal-iskadenza tar-reġistrazzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Bodegas Aguiuncho, SL (Sanxenxo, Spanja) (rappreżentant: J. Diez Roig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Nicolás Gómez, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mar de Frades, SL (Cartagena, Spanja) (rappreżentanti: I. Sempere Massa, J. Schmitt u V. Balaguer Fuentes, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-18 ta’ Mejju 2023 (Każ R 164/2023-1).

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Mar de Frades, SL għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Bodegas Aguiuncho, SL. L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________

1     ĠU C 314, 4.9.2023.