Language of document : ECLI:EU:T:2011:56





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Frar 2011 – Comunidad Autónoma de Galicia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-520/10 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Kumpens tal-ispejjeż addizzjonali ta’ produzzjoni ta’ ċerti ċentrali tal-elettriku li jirriżultaw mill-obbligu ta’ servizz pubbliku ta’ produzzjoni ta’ ċerti volumi ta’ elettriku mill-faħam ta’ oriġni nazzjonali u l-implementazzjoni ta’ ‘mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzjali’ favurihom – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Fumus boni juris – Nuqqas ta’ urġenza – Ibbilanċjar tal-interessi”

1.                     Proċedura - Intervent - Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Interess dirett u attwali - Evalwazzjoni li tieħu inkunsiderazzjoni l-ispeċifiċità tal-proċedura għal miżuri provviżorji (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 40 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53) (ara l-punti 28, 30, 31)

2.                     Proċedura - Intervent - Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Interess fis-soluzzjoni tal-kawża għal miżuri provviżorji - Evalwazzjoni fir-rigward tal-konsegwenzi fuq is-sitwazzjoni ekonomika jew ġuridika tal-partijiet li qegħdin iressqu t-talba għal intervent (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 40 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53) (ara l-punt 29)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 39, 40)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali - Rikors kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza għajnuna mill-Istat - Motiv, li ma huwiex infondat, li jirrigwarda r-realtà ta’ eżami suffiċjenti u komplet mill-Kummissjoni fil-kuntest biss tal-fażi preliminari mingħajr ma tkun infetħet il-proċedura prinċipali (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 43, 56, 57)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Projbizzjoni - Derogi - Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni - Limiti - Deċiżjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà mas-suq komuni ta’ għajnuna li għandha konsegwenzi li jmorru kontra dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat - Kundizzjonijiet - Modalitajiet tal-għajnuna marbuta b’mod indissolubbli mal-għan tagħha (Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE) (ara l-punti 54)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Proġetti ta’ għajnuna - Eżami mill-Kummissjoni - Fażi preliminari u fażi kontradittorja - Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni - Diffikultajiet ta’ evalwazzjoni - Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja - Kunċett - Diffikultajiet serji - Natura oġġettiva (Artikolu 108(2) u (3) TFUE) (ara l-punti 45-47, 56)

7.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 59-62, 68)

8.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Nuqqas ta’ provi tar-riskju li jseħħ dannu gravi u irreparabbli - Preġudizzju eventwali għall-funzjonament kompetittiv tas-suq tal-elettriku - Supremazija tal-interessi tal-Istat Membru u tal-impriżi kkonċernati meta mqabbla mal-interess tar-rikorrent (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 80, 81, 96)

9.                     Kompetizzjoni - Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali - Definizzjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali - Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri - Limiti - Kontroll tal-Kummissjoni u stħarriġ ġudizzjarju limitat għall-każ ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni (Artikoli 106(2) TFUE u 107(1) TFUE; Protokoll Nru 26 fuq is-servizzi ta’ interess ġenerali anness mat-Trattat UE u mat-Trattat FUE) (ara l-punti 90-93)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4499, tad-29 ta’ Settembru 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat N 178/2010 innotifikata mir-Renju ta’ Spanja taħt forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku assoċjat ma’ mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzjali favur ċentrali ta’ produzzjoni tal-enerġija elettrika li jużaw faħam ta’ oriġni nazzjonali.

Dispożittiv

1)

Hidroeléctrica del Cantábrico, SA u l-Federación Nacional de Empresarios de Minas de Carbón huma ammessi sabiex jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni Europea.

2)

Kopja tad-dokumenti proċedurali kollha ser tiġi nnotifikata, mir-Reġistratur, lill-partijiet imsemmija fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv.

3)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.