Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Lulju 2012 - Pharmazeutische Fabrik Evers vs UASI - Ozone Laboratories Pharma (HYPOCHOL)

(Kawża T-517/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HYPOCHOL - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti HITRECHOL - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pharmazeutische Fabrik Evers GmbH & Co. KG (Pinneberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase u R. Möller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ozone Laboratories Pharma SA (Bukarest, ir-Rumanija)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta' Settembru 2010 (Każ R 1332/2009-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Pharmazeutische Fabrik Evers GmbH & Co. KG u Ozone Laboratories Pharma SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Pharmazeutische Fabrik Evers GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 13, 15.01.2011.