Language of document : ECLI:EU:T:2012:372





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 — Pharmazeutische Fabrik Evers vs UASI — Ozone Laboratories Pharma (HYPOCHOL)

(Kawża T-517/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HYPOCHOL — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti HITRECHOL — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 15-17, 45, 46)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark verbali HYPOCHOL u trade mark figurattiva HITRECHOL (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 20, 21, 53, 54)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22, 23)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kunsiderazzjoni tal-elementi ta’ xebh jew ta’ diverġenza tas-sinjali — Teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi intrinsiċi tas-sinjali jew tal-kundizzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 47)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Settembru 2010 (Każ R 1332/2009‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pharmazeutische Fabrik Evers GmbH & Co. KG u Ozone Laboratories Pharma SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pharmazeutische Fabrik Evers GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.