Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta' Novembru 2010 - Pharmazeutische Fabrik Evers vs UASI - Ozone Laboratories Pharma (HYPOCHOL)

(Kawża T-517/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pharmazeutische Fabrik Evers GmbH & Co. KG (Pinneberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase u R. Möller, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ozone Laboratories Pharma SA (Bucureşti, ir-Rumanija)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta' Settembru 2010 fil-Każ R 1332/2009-4; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "HYPOCHOL" għal prodotti fil-klassi 5 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5718069

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: L-applikant

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni ta' trade mark Ġermaniża Nru 1171145 tat-trade mark figurattiva "HITRECHOL" għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell assuma b'mod żbaljat illi ma kienx hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks minħabba nuqqas ta' xebh bejn is-sinjali.

____________