Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2012 - ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-32/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li ma tirrimborsax kwart tal-ispejjeż, sostnuti mir-rikorrent fil-kuntest tal-kawża F-56/09, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, li għalih il-konvenuta ġiet ikkundannata bis-sentenza tad-9 ta’ Ġunju 2011.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni, li toriġina jew li fi kwalunkwe każ hija attribwibbli għall-Kummissjoni, ta’ ċaħda, kemm jekk hija ċaħda ta’ kwalunkwe forma kif ukoll jekk hija ċaħda parzjali jew totali, tat-talbiet tiegħu li saru fit-talba tal-4 ta’ Jannar 2011;

quatenus oportet, jannulla d-deċiżjoni, fi kwalunkwe forma, ta’ ċaħda tal-ilment tal-20 ta’ Lulju 2011, imressqa mill-attur kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tal-4 ta’ Jannar 2011;

quatenus oportet, jikkonstata li l-Kummissjoni, anki billi naqset milli tieħu pożizzjoni fuq it-talba tal-4 ta’ Jannar 2011, illegalment naqset milli tadotta miżuri li jeżegwixxu s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-9 ta’ Ġunju 2010, fil-Kawża F-56/09, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, u preċiżament tal-punt 4 tad-dispożittiv tal-istess sentenza;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 3 174,87, liema somma, jekk u sa fejn ma titħallasx lir-rikorrent, ser tipproduċi interessi favur ir-rikorrent, sa mhux iktar minn 10 % fis-sena u b’kapitalizzazzjoni annwali, li jibdew jiddekorru minn għada sal-ġurnata li fiha jseħħ l-imsemmi ħlas;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 10 kull ġurnata għal kull ġurnata addizzjonali, minn għada, et ad infinitum, li tiskadi fil-persistenza tal-astensjoni min-naħa tal-Kummissjoni li tħallas lir-rikorrent l-imsemmija somma ta’ EUR 3 174,87, jew għall-inqas tieħu pożizzjoni espressa fuq it-talba tal-4 ta’ Jannar 2011, liema somma ta’ EUR 10 għandha titħallas sal-iskadenza tal-istess ġurnata, u jekk dan ma jseħħx, jiġifieri sa fejn dan ma jkunx hekk, ser tipproduċi interessi favur ir-rikorrent, sa mhux iktar minn 10 % fis-sena u b’kapitalizzazzjoni annwali, li jibdew jiddekorru mill-ġurnata ta’ wara dik li fiha kellu jseħħ sa dik li fiha dan iseħħ;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.