Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-20 ta' Novembru 2009 - IPK International - World Tourism Marketing Consultants vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-41/07) 1

("Proġett Ecodata - Deċiżjoni preparatorja tal-Kummissjoni għall-eżekuzzjoni forzata ta' ammont dovut taħt deċiżjoni preċedenti - Suġġett tal-kawża mhux iktar eżistenti - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: IPK International - World Tourism Marketing Consultants GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Pitschas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Schima, aġent, assistit minn C. Arhold, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 6452, tal-4 ta' Diċembru 2006, dwar l-irkupru ta' ammonti mħallsa bil-quddiem li jammontaw għal EUR 318 000 riċevuti minn IPK International - World Tourism Marketing Consultants GmbH għall-proġett Ecodata skont id-deċiżjoni ta' għoti ta' għajnuna finanzjara tal-4 ta' Awwissu 1992, qabel l-annullament tal-għajnuna finanzjarja permezz ta'deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Mejju 2005.

Dispożittiv

M'hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

IPK International - World Tourism Marketing Consultants GmbH u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 82, 14.4.2007.