Language of document : ECLI:EU:T:2010:150





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ April 2010 – Rodd & Gunn Australia vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ kelb)

(Kawża T‑187/08)

“Trade mark Komunitarja – Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta kelb – Tħassir tat-trade mark meta r-reġistrazzjoni tiskadi – Applikazzjoni għat-tiġdid tat-trade mark – Talba għal restitutio in integrum – Artikolu 78 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Restitutio in integrum (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 78(1)) (ara l-punt 29)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Marzu 2008 (Każ R 1245/2007-4), dwar talba għal restitutio in integrum.

Informazzjoni dwar il-kawża

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva li tirrappreżenta kelb għal prodotti fil-klassijiet 16, 18 u 25 – Trade mark Komunitarja Nru 339218

Deċiżjoni tad-Diviżjoni “Trade Marks u Reġistru” :

Applikazzjoni għal restitutio in integrum miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożitiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Rodd & Gunn Australia Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.