Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2015 – Spa Monopole vs UASI – South Pacific Management (Manea Spa)

(Kawża T-611/11)1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MANEA SPA – Trade marks verbali u figurattivi preċedenti tal-Benelux SPA, u trade mark verbali preċedenti tal-Benelux LES THERMES DE SPA – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju) (rappreżentanti: L. De Brouwer, E. Cornu u E. De Gryse, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: South Pacific Management (Papeete, Tahiti, Franza) (rappreżentanti: S. de La Marnierre u E. Landon, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Settembru 2011 (Kawżi magħquda R 1176/2010-1 u R 1886/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV u South Pacific Management.DispożittivId-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-8 ta’ Settembru 2011 (Kawżi magħquda R 1176/2010-1 u 1886/2010-1) hija annullata. L-UASI u South Pacific Management huma kkundannati kull wieħed ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll l-ispejjeż ta’ Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV.