Language of document : ECLI:EU:T:2015:214





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ April 2015 –

Louis Vuitton Malletier vs UASI – Nanu-Nana

(Rappreżentazzjoni ta’ disinn griż bil-kaxxi)

(Kawża T‑360/12)

“Trade mark Komunitarja – Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta disinn griż bil-kaxxi griż – Rapġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Assenza ta’ karattru distintiv miksub bl-użu – Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 52(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks tridimensjonali li huma kkostitwiti mill-forma tal-prodott – Karattru distintiv – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 20-23)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark figurattiva kkostitwita mir-rappreżentazzjoni bidimensjonali ta’ prodott – Karattru distintiv – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 24, 25)

3.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni kuntrarja għall-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Trade mark figurattiva rappreżentanti disinn griż bil-kaxxi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(d) u 52(2)) (ara l-punti 35-45, 104, 120)

4.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità (ara lpunti 47-51)

5.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami ex officio tal-fatti – Proċedura għal dikjarazzjoni ta’ invalidità li tikkonċerna raġunijiet assoluti għal rifjut – Eżami limitat għall-motivi invokati (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1), 52, 55, 57(1) u 76(1)) (ara l-punti 58-62)

6.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni kuntrarja għall-Artikolu 7(1)(b) sa (d) tar-Regolament Nru 207/2009 – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(b) sa (d), u (3), 52(2), u 165(1) u (4)) (ara l-punti 79-82)

7.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Eċċezzjoni – Kisba tal-karattru distintiv permezz tal-użu – Trade amrk nieqsa minn karattru distintiv fl-Unjoni kollha – Kisba permezz tal-użu ukoll fl-Unjoni kollha (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 1(2) u 7(3)) (ara l-punti 84, 85, 91-93)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Mejju 2012 (Każ R 1854/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Nanu-Nana Handelsgesellschaft mbH für Geschenkartikel & Co. KG u Louis Vuitton Malletier.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Louis Vuitton Malletier hija kkundannata għall-ispejjeż.