Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fis-17 ta’ Frar 2022 – NG vs Direktor na Glavna direktsia “Natsionalna politsia” pri MVR - Sofia

(Kawża C-118/22)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: NG

Konvenut: Direktor na Glavna direktsia “Natsionalna politsia” pri MVR – Sofia

Domanda preliminari

L-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI 1 , ikkunsidrat mal-Artikolu 13(2)(b) u (3) tal-istess direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti miżuri leġiżlattivi nazzjonali li jwasslu għal dritt prattikament mingħajr limiti għall-ipproċessar ta’ data personali mill-korpi kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, tas-sejbien, tal-investigazzjoni jew tal-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali u/jew għar-rinunzja mis-suġġett tad-data tad-dritt tiegħu għal-limitazzjoni tal-ipproċessar, għat-tħassir jew għall-qerda tad-data tiegħu?

____________

1     ĠU 2016, L 119, p. 89, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 6.