Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad von Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Novembru 2013 – P vs Commissie Sociale Zekerheid Breda, S vs College van Burgemeester en Wethouders van de gemeente Amstelveen

(Kawża C-579/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad von Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: P

Konvenuta: Commissie Sociale Zekerheid Breda

u

Rikorrenti: S

Konvenut: College van Burgemeester en Wethouders van de gemeente Amstelveen

Domandi preliminari

L-għan u l-ispirtu tad-Direttiva 2003/109/KE 1 kif ukoll l-Artikolu 5(2) u/jew l-Artikolu 11(1) tagħha għandhom jiġu interpretati fis-sens li hija inkompatibbli magħhom l-impożizzjoni, abbażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, tal-obbligu ta’ integrazzjoni ċivika sanzjonata minn sistema ta’ multa fuq ċittadini ta’ pajjiż terz li għandhom l-istatus ta’ residenti għat-tul?Sabiex tingħata risposta għall-ewwel domanda, huwa importanti li jiġi stabbilit jekk l-obbligu ta’ integrazzjoni ċivika ġie impost qabel il-kisba tal-istatus ta’ residenti għat-tul?