Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Marzu 2013 - Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-146/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology LLC (Shaoxing, iċ-Ċina) (rappreżentanti: V. Akritidis u Y. Melin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea kkomunikata bl-ittra tat-3 ta' Jannar2013, Nru H4/JN/Ref.t13.000011, li tinforma lir-rikorrenti li hija mhux ser teżamina t-talba tar-rikorrenti li tingħata l-istatus ta' impriża li qed topera f'ekonomija tas-suq, ippreżentata abbażi tal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, fil-kuntest ta' proċedura antidumping li tirrigwarda l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li nfetħet fis-6 ta' Settembru 2012 (AD 590);

tiddikjara l-inapplikabbiltà tar-Regolament (UE) Nru 1168/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta' Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 344, p. 1) fir-rigward tar-rikorrenti fil-kuntest ta' din l-azzjoni, abbażi tal-Artikolu 277 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

u konsegwentement, tordna lill-Kummissjoni u lill-intervenjenti eventwali biex ibatu l-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv li huwa identiku għal dak invokat fil-kuntest tal-Kawża T-143/13, Zhejiang Heda Solar Technology vs Il-Kummissjoni.

____________