Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta' Diċembru 2011 - Völkl vs UASI - Marker Völkl (VÖLKL)

(Kawża T-504/09) 

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VÖLKL - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti VÖLKL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Rifjut parzjali ta' reġistrazzjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u Regola 22(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Kompetenza tal-Bord tal-Appell fil-każ ta' appell limitat għal parti mill-prodotti jew mis-servizzi koperti mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - Talba għal bidla tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell - Artikolu 65(3) tar-Regolament Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Völkl GmbH & Co. KG (Erding, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Raßmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Marker Völkl International GmbH (Baar, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Bauer, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' Settembru 2009 (Każ R 1387/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Marker Völkl International GmbH u Völkl GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat 30 ta' Settembru 2009 (Każ R 1387/2008-1) hija annullata.

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Völkl GmbH & Co. KG.

Marker Völkl International GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 37, 13.02.2010.