Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Diċembru 2009 - Cybergun vs UASI - Umarex Sportwaffen (AK 47)

(Kawża T-503/09)

Lingwa tal-preżentata tar-rikors: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cybergun (Bondoufle, Franza) (rappreżentant: S. Guyot, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Umarex Sportwaffen GmbH & Co. KG (Arnsberg, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI mogħtija fit-8 ta' Ottubru 2009 inkwantu hija ddikjarat l-invalidità tat-trade mark AK 47.

tikkundanna, skont l-Artikolu 87(2) u 91 tar-Regoli tal-Proċedura, lill-UASI għall-ispejjeż li jinkludu l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-kawża preżenti, b'mod partikolari, l-ispejjeż tat-traduzzjoni tad-dokumenti, l-onorarji tal-avukat tagħha, u, jekk ikun il-każ, tal-akkomodazzjoni u tat-trasport; il-Qorti Ġenerali hija mitluba li tistabbilixxi din is-somma għal EUR 20 000

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali "AK 47" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 28 u 38 (trade mark Komunitarja Nru 3 249 381)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Umarex Sportwaffen GmbH & Co. KG

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark ikkonċernata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] u tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009].

____________